KUMMISSJONI LINGWA
Linji Gwida
L-Ewwel Parti


 

 

PRINĊIPJI



 

1. Fil-Malti stampat għandhom dejjem jintużaw il-fonts tal-Malti, jiġifieri ċ, Ċ; ġ, Ġ; ħ, Ħ; għ, Għ, GĦ; ż, Ż.

 

2. Fi programmi bil-Malti xandar għandu jitkellem bil-Malti u mhux jaqleb mill-Malti għall-Ingliż jew jitkellem bl-Ingliż.

 

3. Xandar għandu jfittex li jkun kemm jista' jkun preċiż u jevita żbalji bħal:

 

  tfaqqa' gwerra ċivili bejn l-Indja u l-Pakistan (Tfaqqa' gwerra bejn l-Indja u l-Pakistan)
  mindu l-bidu tal-gwerra (mill-bidu tal-gwerra)
  għoliet fuq ponot riġlejha (għoliet fuq ponot subgħajha)
  wara bidu inizjali tajjeb (wara bidu tajjeb)


 

4. Il-kotba letterarji li jinqraw fuq ix-xandir għandhom ikunu miktuba b?Malti tajjeb.

5. Xandar għandu jevita devjazzjonijiet fil-Malti mitkellem.

Eż.

  Jippronunzja jaqraha u mhux jaqraħħa ×
    jaqrahom   jaqraħħom ×
    begħt   Beħħejt ×
    biegħet   Bieħħet ×
    begħna   Beħħejna ×
    begħtu   Beħħejtu ×
    biegħu   Bieħħu ×
 
    għomt   għomejt ×
    għamet   għomiet ×
    għomna   għomejna ×
    għomtu   għomejtu ×
 
    Biża' kbir   Biża' kbira ×
    Sema safi   Sema safja ×
    Weraq aħdar   Weraq ħodor ×
    Kliem sabiħ   Kliem sbieħ ×

LINJI GWIDA

1. Fil-Malti stampat kliem li ma jintegrax ruħu f?livell ortografiku jinkiteb korsiv. Din ir-regola ma tapplikax fil-każ ta' nomi li huma trade marks u fil-każ ta' nomi li huma ismijiet ta' nies u postjiet.

Eż. l-ispace shuttle, il-long division, l-ispare parts
Iżda niktbu: Adidas, San Michel, New York, Bordeaux, New Zealand, Michael, Jennifer

2. Meta nżidu vokali tal-leħen quddiem nom proprju l-vokali tal-leħen tinkiteb ittra kapitali waqt li l-ewwel ittra tan-nom tinkiteb ittra żgħira.

Eż. l-Imdina, l-Ingilterra, l-Iskwadra tat-Tifi tan-Nar

Din ir-regola tapplika wkoll fil-każ ta' nomi li jinkitbu kif jinkitbu fil-lingwa oriġinali. Meta nomi ta' din l-għamla jinkitbu korsiv il-vokali tal-leħen tinkiteb ukoll korsiv.

Eż. l-Ispice Girls, l-isteering committee, l-istem cells

Niktbu vokali tal-leħen żgħira u l-ewwel ittra tan-nom kapitali biss fil-każ ta' nom li hu trade mark.

Eż. l-iSpell, l-iSprite

3. L-ittri ie u għ jistgħu jinkitbu:

  1. ie/għ - Eż.: Billi kien il-bard alaqna t-twieqi.

  2. Ie/Għ - Eż.: Ieħor jonqos biex nirbħu./ andu raġun biex ibigħ.

  3. IE/GĦ - Eż.: "JUM TA' ĠIEĦ"/ "MALTA U AWDEX"

4. Meta isem proprju ta' nisel barrani jitlissen l-istess bħal ma jitlissen fil-lingwa oriġinali, jinkiteb:

  1. bil-Malti meta jintegra ruħu
    Eż: Il-Kanada, L-Indja, L-Iran, Il-Pakistan

  2. bil-lingwa oriġinali meta ma jintegrax ruħu
    Eż: New York, Manchester, Munich, Stephen, Michelle

5. Meta isem ta' pajjiż, belt jew raħal li jibda bl-artiklu jinkiteb għalih waħdu, l-artiklu jinkiteb b?ittra kapitali. Meta l-isem ikun parti minn sentenza, l-artiklu jsegwi r-regoli eżistenti tal-punteġġatura.

Eż.:

Il-Kanada, L-Ingilterra, Il-Kajr, Il-Ħamrun, L-Imdina
Żorna l-Kanada, il-Pakistan u l-Ġappun.
L-Imdina u l-Birgu huma bliet qodma.

6. Isem ta' pajjiż jista' jkun singular maskil, singular femminil jew plural.

Eż.

Il-Ġappun se jieħu sehem fit-Tazza tad-Dinja.
Il-Pakistan biddel l-ambaxxaturi.
L-Ingilterra ffirmat il-ftehim.
Il-Ġermanja hi pajjiż sinjur.
L-Istati Uniti taw għajnuna lill-pajjiżi tat-tielet dinja.
L-Emirati Għarab komplew iħaffru għaż-żejt.

7. L-ismijiet ta' bliet u rħula f?Malta u Għawdex li jieħdu qabilhom l-artiklu jew xi partiċella jitlissnu u jinkitbu bl-artiklu jew bil-partiċella. Niktbu u llissnu:

Albert Town
Baħar iċ-Ċagħaq
Bengħajsa
Birżebbuġa (tista' tinkiteb B?Buġa)
Bir id-Deheb
Birkirkara (tista' tinkiteb B?Kara)
Blata l-Bajda
Bormla jew Cospicua
Buġibba
Bubaqra
Fleur-De-Lys
Ħ?Attard
Ħad-Dingli
Ħal Balzan
Ħal Far
Ħal Għargħur jew Il-Għargħur
Ħal Għaxaq
Ħal Kirkop
Ħal Lija
Ħal Luqa
Ħal Qormi
Ħal Safi
Ħal Tarxien
Ħaż-Żabbar
Ħaż-Żebbuġ (Malta)
Ħondoq ir-Rummien
Għajn Dwieli
Għajn Tuffieħa
Għajnsielem
Gwardamanġa (tista' tinkiteb G?Manġa)
Il-Baħrija
Il-Birgu jew Vittoriosa
Il-Blue Grotto
Il-Fgura
Il-Fontana
Il-Furjana
Il-Ġgantija
Il-Ġnejna
Il-Gżira
Il-Gudja
Il-Ħamrun
Il-Kalkara
Il-Kappara
Il-Kunċizzjoni
Il-Madliena
Il-Magħtab
Il-Manikata
Il-Marfa
Il-Marsa
Il-Mellieħa
Il-Mistra
Il-Mosta
Il-Munxar
Il-Qala
Il-Qawra
Il-Qbajjar
Il-Qrendi
In-Nadur
In-Naxxar
Ir-Rabat (Malta)
Ir-Rabat jew Victoria
Ir-Ramla l-Ħamra
Is-Siġġiewi
Is-Swatar
Is-Swieqi
Ix-Xagħra
Ix-Xewkija
Ix-Xgħajra
Ix-Xlendi
Ix-Xwejni
Iż-Żebbiegħ
Iż-Żebbuġ (Għawdex)
Iż-Żejtun
Iż-Żurrieq
Kalafrana
Kordin jew Corradino
L-Armier
L-Iklin
L-Imġarr
L-Imdina
L-Imqabba
L-Imrieħel
L-Imsida
L-Imtarfa
L-Isla jew Senglea
L-Għadira
L-Għarb
L-Għasri
Marsalforn (tista' tinkiteb M?Forn)
Marsaxlokk (tista' tinkiteb M?Xlokk)
Paceville
Paradise Bay
Pembroke
Raħal Ġdid jew Raħal il-Ġdid jew Paola
Sa Maison
San Ġiljan
San Ġwann
San Pawl il-Baħar
Ta' Kerċem
Ta' l-Ibraġ
Tal-Pieta' Ta' Sannat
Tas-Sliema

8. Ismijiet ta' pajjiżi u bliet barranin li jieħdu l-artiklu jitlissnu u jinkitbu bl-artiklu.

Eż.:L-Iżvizzera, L-Iżvezja, L-Iżrael, Il-Belġju, L-Italja, Il-Ġermanja, L-Olanda, Il-Kajr

9. Fl-ismijiet tal-Kunsilli Lokali jintuża l-isem sħiħ u l-binja b' ta'.

Eż. Illissnu u niktbu:
 

Il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun u mhux Kunsill Lokali Ħamrun
Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa u mhux Kunsill Lokali Luqa
Il-Kunsill Lokali tal-Furjana u mhux Kunsill Lokali Floriana

10. Fil-Malti mitkellem, b?mod partikulari fil-Malti użat fuq il-mezzi tax-xandir, għandu jkun hemm użu meqjus u preċiż ta' kliem bħal proprju, intant, ovvjament, ferm, sintendi, anzi, eċċ.

11. a) Biex infissru l-futur nistgħu nużaw espressjoni magħmula minn se / ser u l-Preżent tal-verb.
Eż.

Se mmur il-Belt. jew Ser immur il-Belt.
Kienet se tasal tard. jew Kienet ser tasal tard.


b)Il-kelmiet sejjer / sejra / sejrin ma jintużawx qabel il-Preżent tal-verb biex ifissru azzjoni li se sseħħ fil-futur.
Eż.

Sejjer immur il-Belt. × Kienet sejra tasal tard. ×

12.Il-prepożizzjoni fuq għandha tintuża skond l-użu idjomatiku korrett.

  Użu Idjomatiku Korrett Użu Idjomatiku Devjanti
  ċempel 21957721 ċempel fuq 21957721
  ixxemmixt f?bajja mimlija nies ixxemmixt fuq bajja mimlija nies
  mar vjaġġ mar fuq vjaġġ
  qiegħed fi vjaġġ qiegħed fuq vjaġġ
  jippreferi l-Malti mit-Taljan jippreferi l-Malti fuq it-Taljan
  jiddependu mill-kelliem jiddependu fuq il-kelliem
  jenfasizzaw il-fatt jenfasizzaw fuq il-fatt
  hi superjuri għal kulħadd hi superjuri fuq kulħadd
  permezz ta' deskrizzjoni tal-wied permezz ta' deskrizzjoni fuq il-wied
 
  Insibu l-innu f?paġna 18. Insibu l-innu fuq paġna 18.
  issibu r-riċetta f?L-Antenna issibu r-riċetta fuq L-Antenna
  insaħħaħ dak li għedt insaħħaħ fuq dak li għedt


 

13.L-użu tan-numri
 

a. Numri li jispiċċaw bin-numri 2 - 10 jieħdu warajhom dejjem nom fil-plural.
Eż.
 

żewġ madumiet
mija u tlett itfal
mitejn u ħamest idjar
elf u disa' karozzi
ħmistax-il elf u għaxar suldati


b. Fil-bqija tal-każi n-numri jieħdu warajhom dejjem nom fis-singular.
Eż.
 

ħdax-il darba
sbatax-il dar
ħamsa u għoxrin tifel u tifla
mija u tletin ittra
erbat elef, ħames mija u sebgħa u sebgħin applikazzjoni


ċ. Qabel nom illissnu u niktbu żewġ miljun, tliet miljun, erba' miljun, eċċ.
Eż.
 

żewġ miljun Lira
tliet miljun Mark
ħames miljun Dollaru
seba' miljun Dinar
għaxar miljun Ewro


d. Fil-każ tan-numri li jispiċċaw bin-numru 1 (101, 201, 501, 1001, eċċ.) indaħħlu n-nom fis-singular wara l-espressjoni "mitt", "mitejn", "ħames mitt", "elf", eċċ. u wara nżidu l-espressjoni "u wieħed" jew "u waħda".
Eż.
 

mitt ktieb u wieħed
mitejn darba u waħda
ħames mitt lira u waħda
elf impjegat u wieħed
tliet mitt tifel u tifla u wieħed


e. Nom li jkun wara numru jieħu warajh aġġettiv li jaqbel miegħu fil-għadd u fil-ġens.
Eż.
 

ħames ħawħiet tajbin
għaxart itfal intelliġenti
tmintax-il kors qasir
mija u ħamsa u tletin karozza qadima
mitejn u ħdax-il ajruplan ġdid
ħamest elef Lira Maltija
tmien miljun Frank Franċiż
mija u tmintax-il tifel u tifla Għawdxin


f. Espressjoni magħmula minn numru u nom tieħu dejjem verb fil-plural.
Eż.
 

Irrapportaw għax-xogħol sitt impjegati ġodda.
Saru tmintax-il kors qasir.
Inbiegħu mija u ħamsa u tletin karozza ġdida.
Mija u sebgħa u għoxrin barri fferoċjat daħlu fl-arena.
Elf u dsatax-il studenta Ġermaniża applikaw biex jistudjaw l-Ingliż.


ġ. F?espressjoni magħmula minn numru li jkollu l-punt deċimali u nom diviżibbli nimxu fuq din ir-regola: Illissnu u niktbu:
 

1. in-numru sħiħ
2. in-nom (u l-aġġettiv)
3. Il-kelma "punt"
4. In-numri (wieħed wieħed) li jkunu wara l-punt


Eż.
 

ħames kilos punt sitta
erbgħa u tletin sekonda punt sitta sebgħa
mija u tlieta u għoxrin kilometru punt tlieta disgħa
ħdax-il miljun Lira Maltija punt ħamsa tlieta


g. F?espressjoni magħmula minn numru li jkollu l-punt deċimali u nom mhux diviżibbli nimxu fuq din ir-regola: Illissnu u niktbu:
 

1. In-numru sħiħ
2.Il-kelma "punt"
3. In-numri (wieħed wieħed) li jkunu wara l-punt
4. in-nom (u l-aġġettiv)


Eż.
 

sbatax punt tlieta abitanti
sitta punt sebgħa kotba


għ.Meta wara nom li jkun f?espressjoni bil-punt deċimali jiżdied nom f?appożizzjoni (Eż. kilo patata), dan in-nom jidħol wara l-ewwel nom.
Eż.
 

erba' kilos patata punt tmienja
sitt grammi deheb abjad punt erbgħa


h. F?espressjoni magħmula minn numru li jkollu l-punt deċimali u persentaġġ nimxu fuq din ir-regola: Illissnu u niktbu:
 

1.In-numru
2. Il-kelma "punt" 4.Il-frażi "fil-mija"


Eż.
 

ħamsa punt disgħa fil-mija
tmienja u sebgħin punt tlieta sitta fil-mija


ħ. F?espressjoni magħmula minn numru li jkollu frażi li tikkwalifikah u nom nimxu fuq din ir-regola: Illissnu u niktbu:
 

1. In-numru
2. In-nom
3.Il-frażi li tikkwalifika n-numru


Eż.
 

għoxrin moqdief jew ftit anqas
iżda mhux
għoxrin jew ftit anqas imqadef ×

tmien ulied jew aktar
iżda mhux
tmienja jew aktar ulied ×


i. Qabel il-frażi "min-nies" illissnu u niktbu n-numri tnejn, tlieta, ħamsa, eċċ. u mhux in-numri żewġ, tliet, ħames, eċċ.
Eż.
 

tnejn min-nies iżda mhux żewġ min-nies ×
ħamsa min-nies iżda mhux ħames min-nies ×

 

14. Meta nużaw ismijiet proprji nkunu speċifiċi.
 

Eż.
 

Ma llissnux u ma niktbux "il-proġett ta' Dun Karm Psaila" imma "il-proġett ta' l-Iskola Dun Karm Psaila"; "il-kwistjoni ta' San Lawrenz" imma "il-kwistjoni tar-raħal ta' San Lawrenz".

15.Il-pronom relattiv "fejn" jirreferi dejjem għal post.
 

Eż.
 

Dħalt fil-kamra tas-sodda fejn sibt lit-tabib jistennieni.
Ma nafx fejn tiġi l-kappella fejn soltu jqaddes Dun Mikiel.

  Użu Korrett Użu Devjanti
  Il-kappillan kellem lill-ġenituri u qalilhom biex iħobbu lil uliedhom. Il-kappillan kellem lill-ġenituri fejn qalilhom biex iħobbu lil uliedhom.
  Insibu klassijiet differenti li jirriflettu l-qagħda soċjali. Insibu klassijiet differenti fejn jirriflettu l-qagħda soċjali.
  Rita tiddomina lil żewġha hekk li tasal biex titilqu. Rita tiddomina lil żewġha fejn tasal biex titilqu.
  Jidħol aktar fil-fond meta jitkellem fuq l-inġustizzja tal-ħajja. Jidħol aktar fil-fond fejn jitkellem fuq l-inġustizzja fil-ħajja.

 

 

16. Ma nużawx żewġ pronomi biex nirreferu għall-istess nom.

  Użu Korrett Użu Devjanti
  Kellimt lil Ġanni li qalli li ma jafekx.
jew
Kellimt lil Ġanni u dan qalli li ma jafekx.
Kellimt lil Ġanni li dan qalli li ma jafekx.
  Daħlu f?villa fejn sabu lil ħuhom jistenniehom.
jew
Daħlu f?villa u hemmhekk sabu lil ħuhom jistenniehom.
Daħlu f?villa fejn hemmhekk sabu lil ħuhom jistenniehom.


 

17. a.Nużaw il-kelmiet Sur, Sinjura, Sinjuri, Sinjorina meta nindirizzaw persuna (bħal, ngħidu aħna, fil-ftuħ ta' ittra).
 

Eż.
 

Sur Callus
Sinjura Gatt
Sinjorina Agius

 

b. Meta ma nindirizzawx il-persuna imma nirreferu għaliha (bħal meta niktbu indirizz) nużaw il-kelmiet Is-Sur, Is-Sinjorina, Is-Sinjuri, Is-Sinjura.
 

Eż.
 

Is-Sur Joe Borg, 13 Triq il-Kbira, Burmarrad SPB 11
Is-Sinjura Jane Callus, 46 Triq il-Wiesgħa, Il-Fgura PLA 09
Is-Sur Attard, is-Sinjura Falzon u s-Sinjuri Briffa attendew il-laqgħa.

18.Espressjoni li turi data (jum u xahar jew jum, xahar u sena) tieħu dejjem verb fit-tielet persuna singular maskil.
 

Eż.
 

L-20 ta' Mejju kien il-Ħadd.
Kien it-Tnejn, it-23 ta' Frar 1997 meta ltqajna.
L-ewwel t?April ħabat is-Sibt.

19. Il-kelmiet tajjeb u ħażin jistgħu jintużaw bħala avverbji jew bħala aġġettivi. Meta jintużaw bħala avverbji jieħdu forma waħda invarjabbli, jiġifieri llissnu u niktbu dejjem tajjeb u ħażin
 

Eż.
 

Mar tajjeb fl-eżami.
Marret tajjeb fl-eżami.
Morna tajjeb fl-eżami.

Beda ħażin.
Bdiet ħażin.
Bdew ħażin.

Meta użati bħala aġġettivi jieħdu tliet forom: Singular Maskil, Singular Femminil u Plural.
 

Eż.
 

Jinsab tajjeb.
Tinsab tajba.
Jinsabu tajbin.

Kien ħażin.
Kienet ħażina.
Kienu ħżiena.


 

 

20. Illissnu u niktbu

  Nhar it-Tnejn li għaddew / ġejjin

jew

Nhar it-Tnejn li għadda / ġej
  Nhar it-Tlieta li għaddew / ġejjin

jew

Nhar it-Tlieta li għadda / ġej
  Nhar l-Erbgħa li għaddew / ġejjin

jew

Nhar l-Erbgħa li għadda / ġej
  Nhar il-Ħamis li għadda / ġej    
  Nhar il-Ġimgħa li għaddiet / ġejja

jew

Nhar il-Ġimgħa li għadda / ġej
  Nhar is-Sibt li għadda / ġej    
  Nhar il-Ħadd li għadda / ġej    

 

 

21. Fit-tlissin u l-kitba ta' ismijiet ta' bliet u pajjiżi nużaw isem li integra ruħu mal-Malti.

  Illissnu u niktbu Betlem u mhux Betlehem
    Ġerusalemm   Ġerusalem
    Il-Ġappun   Il-Ġapan
    Il-Messiku   Il-Mexico
    L-Istati Uniti   Il-United States
    L-Afrika t?Isfel   Is-South Africa

 

 

22. Kliem li jispiċċa bis-sekwenza a' fl-ordni alfabetiku jidħol wara kliem li jispiċċa bil-vokali a.
 

Eż.
 

ta, ta'; waqaf, waqa'

23. L-ismijiet ta' l-irjiħat u l-kliem li juri direzzjoni jitlissnu u jinkitbu hekk:
 

Tramuntana (tintuża wkoll Nord)
Grigal
Grigal tramuntana
Grigal il-lvant
Lvant
Xlokk il-lvant
Xlokk bin-nofsinhar
Nofsinhar
Nofsinhar il-lbieċ
Il-lbieċ
Punent il-lbieċ
Punent
Punent majjistral
Majjistral
Tramuntana majjistral



 

Kummissjoni Lingwa Chairman: Carmel Azzopardi
  Membri: Dr Charles Briffa
    Mario Serracino Inglott
    Anthony Mercieca
    Mario Cutajar
    Dr Anthony Aquilina
    Rev. Victor Xuereb